Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta' Diċembru 2012 - Trentea vs FRA

(Kawża F-112/10) 

(Servizz pubbliku - Persunal tal-FRA - Aġenti temporanji - Reklutaġġ - Avviż ta' sejħa għal impjieg - Ċaħda ta' kandidatura)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cornelia Trentea (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (rappreżentanti: M. Kjærum, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suggete

Servizz pubbliku - L-ewwel nett, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta illi tiċħad il-kandidatura tar-rikorrenti għall-pożizzjoni ta' assistent amministrattiv fil-qasam "Finanzi u għoti ta' kuntratti pubbliċi" kif ukoll id-deċiżjoni illi taħtar lil kandidat ieħor. It-tieni nett, talba għal kumpens għad-danni morali u materjali illi allegatament ġarrbet ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    C. Trentea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.

____________

1 - ĠU C 13, 15.01.2011, p. 43.