Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2014 – Erik Simpson vs Il-Kunsill

(Kawża F-142/11 DEP) 1

(Servizz pubbliku – Proċedura – Intaxxar tal-ispejjeż)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Erik Simpson (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. F. Jensen, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Servizz pubbliku – Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD9 wara li temm b’eżitu pożittiv il-kompetizzjoni EPSO/AD/113/07 “Kapijiet ta’ unità (AD9) tal-lingwi Ċek, Estonjan, Ungeriż, Litwan, Latvjan, Malti, Pollakk, Slovakk u Sloven fil-qasam tat-traduzzjoni” u talba għad-danni.

Dispożittiv

L-ammont totali tal-ispejjeż li għandhom jiġu rrimborsati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea lil E. Simpson bħala spejjeż li jistgħu jiġu rkuprati fil-Kawża F-142/11 huwwa ffissat fis-somma ta’ EUR 8 600, flimkien mat-taxxa fuq il-valur miżjud eventwalment dovuta fuq din is-somma.