Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta' Settembru 2011 - Prieto vs Il-Parlament

(Kawża F-42/07) 1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Kompetizzjoni interna ppubblikata qabel l-1 ta' Mejju 2004 - Membru tal-persunal temporanja mniżżel fuq il-lista ta' riżerva qabel l-1 ta' Mejju 2006 - Klassifikazzjoni fi grad - Artikolu 5(4) u Artikolu 13(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Allowance tas-segretarjat - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Antonio Prieto (Bousval, Il-Belġju) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment C. Burgos u K. Zejdová, sussegwentement K. Zejdová u N. B. Rasmussen, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tad-9 ta' Ġunju 2006 li taħtar lir-rikorrent, li dak iż-żmien kien aġent temporanju fil-grad AST 3 u li għadda mill-kompetizzjoni interna C/348 għall-kategorija C5-4, uffiċjal bi prova kklassifikat fil-grad AST 2, skala 3.

Dispożittiv

Ir-rikors ta' A. Prieto huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 140, 23.06.07.