Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal du travail francophone de Bruxelles (il-Belġju) fil-25 ta’ Ġunju 2020 – CO, ME, GC, u 42 parti oħra vs MJ, Il-Kummissjoni Ewropea, Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Eulex Kosovo

(Kawża C-283/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail francophone de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CO, ME, GC, u 42 rikorrent ieħor

Konvenuti: MJ, Il-Kummissjoni Ewropea, Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Eulex Kosovo

Domanda preliminari

L-Artikoli 8(3) u 10(3) tal-“Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-14 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea għall-‘Istat tad-Dritt’ fil-Kosovo, EULEX KOSOVO” 1 qabel l-emenda tagħha bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/349/PESK tat-12 ta’ Ġunju 2014 2 , skont il-każ flimkien mad-dispożizzjonijiet possibbilment rilevanti l-oħra kollha, għandhom jinqraw bħala li jagħtu lill-Kap tal-Missjoni, personalment u f’ismu stess, il-kwalità ta’ persuna li timpjega tal-persunal ċivili internazzjonali okkupat fis-servizz tal-missjoni EULEX KOSOVO waqt il-perijodu qabel it-12 ta’ Ġunju 2014, jew, b’kunsiderazzjoni b’mod partikolari tal-Artikoli 8(5) u 9(3) tal-Azzjoni Komuni 2008 qabel l-emenda tagħha li seħħet fit-12 ta’ Ġunju2014, bħala li jagħtu l-kwalità ta’ persuna li timpjega lill-Unjoni Ewropea u/jew lil istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, bħall-Kummissjoni Ewropea, Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew kull istituzzjoni possibbli oħra, li f’isem tiegħu/tagħha l-Kap tal-Missjoni kien aġixxa sa dik id-data skont mandat, skont delega ta’ setgħa jew skont kull forma ta’ rappreżentazzjoni oħra li għandha tiġi stabbilita skont il-każ?

____________

1     ĠU 2008, L 42, p 92.

2     Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/349/PESK tat- 12 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU 2014, L 174, p. 42).