Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte dei Conti - Sezione giurisdizionale per la Regione Puglia (l-Italja) fil-25 ta’ Frar 2019 – IC vs Istituto Nazionale della Previdenza Sociale
(Kawża C-169/19)
Lingwa tal-kawża:It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte dei Conti - Sezione giurisdizionale per la Regione Puglia.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: IC
Konvenut: Istituto Nazionale della Previdenza Sociale.
Domanda preliminari
L-Artikoli 18 u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tipprevedi fir-rigward ta’ persuna residenti fi Stat Membru ieħor, li rċeviet kompletament id-dħul tagħha mill-ewwel Stat Membru iżda li ma hijiex ċittadina tat-tieni Stat, tassazzjoni tad-dħul mingħajr il-benefiċċji fiskali offruti minn dan tal-aħħar?
____________