Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Awwissu 2008 - Ketselidis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-72/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Michalis Ketselidis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda għat-talba ppreżentata mir-rikorrent dwar ir-reviżjoni tal-kalkolu tas-snin tas-servizz għal pensjoni li għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni matul it-trasferiment tad-drittijiet tiegħu għal pensjoni miksuba fil-Greċja lejn l-iskema Komunitarja.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda tat-talba dwar il-kalkolu tas-snin ta' servizz ta' pensjoni li għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni matul it-trasferiment tad-drittijiet tiegħu għal pensjoni lejn l-iskema Komunitarja;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

____________