Language of document : ECLI:EU:C:2014:2271

Kawża C‑268/13

Elena Petru

vs

Casa Judeţeană de Asigurări de Sănătate Sibiu
u

Casa Naţională de Asigurări de Sănătate

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(2) — Assigurazzjoni għall-mard — Kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor — Rifjut ta’ awtorizzazzjoni minn qabel — Nuqqas ta’ mediċini u ta’ riżorsi mediċi bażiċi”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014

1.        Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Domandi marbuta mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima — Talba li tipprovdi lill-Qorti tal-Ġustizzja informazzjoni suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv

(Artikolu 267 TFUE)

2.        Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Assigurazzjoni għall-mard — Benefiċċji in natura mogħtija fi Stat Membru ieħor — Obbligu għall-awtorità kompetenti li tagħti awtorizzazzjoni minn qabel — Kundizzjonijiet — Kura li ma tistax tingħata fi żmien xieraq fl-Istat Membru ta’ residenza minħabba nuqqas ta’ mediċini u ta’ riżorsi mediċi bażiċi — Impossibbiltà li għandha tiġi evalwata b’referenza għall-istabbilimenti ta’ sptar kollha ta’ dan l-Istat Membru u b’referenza għall-perijodu li fih it-trattament jista’ jinkiseb fi żmien xieraq

(Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 22(2))

1.        Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 23, 25-27)

2.        It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 592/2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorizzazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 22(1)(c)(i) tal-istess regolament ma tistax tiġi rrifjutata meta jkun minħabba nuqqas ta’ mediċini u ta’ riżorsi mediċi bażiċi li l-kura fl-isptar inkwistjoni ma tistax tingħata fi żmien xieraq fl-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna assigurata. Din l-impossibbiltà għandha tiġi evalwata b’referenza għall-istabbilimenti ta’ sptar kollha fl-Istat Membru ta’ residenza li jistgħu jipprovdu l-kura inkwistjoni u b’referenza għall-perijodu li fih it-trattament jista’ jinkiseb fi żmien xieraq.

(ara l-punt 36 u d-dispożittiv)