Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Općinski sud u Novom Zagrebu (il-Kroazja) fid-19 ta’ Ottubru 2018 – Hrvatska radiotelevizija vs TY

(Kawża C-657/18)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Općinski sud u Novom Zagrebu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hrvatska radiotelevizija

Konvenut: TY

Domandi preliminari

Dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, jiġifieri l-artikolu tal-Ovršni zakon (il-Liġi dwar l-Eżekuzzjoni Forzata, ippubblikata fin-Narodne novine Nri 112/12, 25/13, 93/14, 55/16 u 73/17), li tawtorizza n-nutara jwettqu rkupru forzat ta’ krediti abbażi ta’ dokument awtentiku billi joħorġu ordni ta’ eżekuzzjoni, bħala titolu eżekuttiv, mingħajr il-kunsens espress tad-debitur, hija konformi mal-Artikolu 6(1) tal-KEDB u mal-Artikolu 18 TFUE, fid-dawl tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi C-484/15 u C-551/15?

L-interpretazzjoni mogħtija fis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Marzu 2017, Zulfikarpašić (C-484/15, EU:C:2017:199), u Pula Parking (C-551/15, EU:C:2017:193), tista’ tiġi applikata f’din il-kawża, Povrv-2032/17, imsemmija iktar ’il fuq, li biha l-qorti tar-rinviju hija adita?

____________