Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta' Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Sicilia - l-Italja) - Raffinerie Mediterranee SpA (ERG), Polimeri Europa SpA, Syndial SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero della Salute, Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare, Ministero delle Infrastrutture, Ministero dei Trasporti, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell'Interno, Regione Siciliana, Assessorato Regionale Territorio ed Ambiente (Sicilia), Assessorato Regionale Industria (Sicilia), Prefettura di Siracusa, Istituto Superiore di Sanità, Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti e Tutela Acque (Sicilia), Vice Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti e Tutela Acque (Sicilia), Agenzia Protezione Ambiente e Servizi Tecnici (APAT), Agenzia Regionale Protezione Ambiente (ARPA Sicilia), Istituto Centrale Ricerca Scientifica e Tecnologica Applicata al Mare, Subcommissario per la Bonifica dei Siti Contaminati, Provincia Regionale di Siracusa, Consorzio ASI Sicilia Orientale Zona Sud, Comune di Siracusa, Comune d'Augusta, Comune di Melilli, Comune di Priolo Gargallo, Azienda Unità Sanitaria Locale N8, Sviluppo Italia Aree Produttive SPA, Invitalia (Agenzia nazionale per l'attrazione degli investimenti e lo sviluppo d'impresa SpA), li kienet Sviluppo Italia SpA)

(Kawża C-378/08) 1

("Prinċipju ta' min iniġġes għandu jħallas - Direttiva 2004/35/KE - Responsabbiltà ambjentali - Applikazzjoni ratione temporis - Tniġġis li seħħ qabel id-data stabbilita għat-traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva u li tkompla wara din id-data - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timputa l-ispejjeż ta' rimedju għad-danni marbuta ma' dan it-tniġġis fuq diversi impriżi - Rekwiżit ta' tort jew ta' negliġenza - Rekwiżit ta' rabta kawżali - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale della Sicilia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Raffinerie Mediterranee SpA (ERG), Polimeri Europa SpA, Syndial SpA

Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero della Salute, Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare, Ministero delle Infrastrutture, Ministero dei Trasporti, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell'Interno, Regione Siciliana, Assessorato Regionale Territorio ed Ambiente (Sicilia), Assessorato Regionale Industria (Sicilia), Prefettura di Siracusa, Istituto Superiore di Sanità, Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti e Tutela Acque (Sicilia), Vice Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti e Tutela Acque (Sicilia), Agenzia Protezione Ambiente e Servizi Tecnici (APAT), Agenzia Regionale Protezione Ambiente (ARPA Sicilia), Istituto Centrale Ricerca Scientifica e Tecnologica Applicata al Mare, Subcommissario per la Bonifica dei Siti Contaminati, Provincia Regionale di Siracusa, Consorzio ASI Sicilia Orientale Zona Sud, Comune di Siracusa, Comune d'Augusta, Comune di Melilli, Comune di Priolo Gargallo, Azienda Unità Sanitaria Locale N8, Sviluppo Italia Aree Produttive SPA, Invitalia (Agenzia nazionale per l'attrazione degli investimenti e lo sviluppo d'impresa SpA), li kienet Sviluppo Italia SpA

fil-preżenza ta': ENI Divisione Exploration and Production SpA, ENI SpA, Edison SpA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia - Interpretazzjoni tad-Direttiva 2004/35 KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15 Vol. 8, p. 357) u tal-prinċipju ta' "min iniġġes għandu jħallas" - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-amministrazzjoni s-setgħa li tordna lil imprendituri privati jimplementaw miżuri ta' rimedju, indipendentement minn jekk ikunx hemm investigazzjoni xierqa li tiddetermina r-responsabbiltà għat-tniġġis inkwistjoni

Dispożittiv

Meta, f'sitwazzjoni ta' tniġġis ambjentali, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ratione temporis u/jew ratione materiae tad-Direttiva 2004/35, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, mhumiex sodisfatti, din is-sitwazzjoni taqa' taħt id-dritt nazzjonali, fl-osservanza tar-regoli tat-Trattat u bla ħsara għal atti legali sekondarji oħra.

Id-Direttiva 2004/35 ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-awtorità kompetenti, meta taġixxi fil-kuntest ta' din id-direttiva, li tippreżumi l-eżistenza ta' rabta kawżali, anki fil-każ ta' tniġġis ta' natura mifruxa, bejn l-operaturi u t-tniġġis ikkonstatat, u dan minħabba l-prossimità tal-installazzjonijiet tagħhom maż-żona mniġġsa. Madankollu, skont il-prinċipju ta' min iniġġes għandu jħallas, sabiex tiġi preżunta t-tali rabta kawżali, din l-awtorità għandha jkollha indizji plawżibbli li fuqhom tista' tibbaża l-preżunzjoni tagħha, bħalma huma l-prossimità tal-installazzjoni tal-operatur mat-tniġġis ikkonstatat u l-korrespondenza bejn is-sustanzi li jniġġsu misjuba u l-komponenti użati mill-imsemmi operatur fil-kuntest tal-attivitajiet tiegħu.

L-Artikoli 3(1), 4(5) u 11(2) tad-Direttiva 2004/35 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta tiddeċiedi li timponi miżuri ta' rimedju għal danni ambjentali fuq operaturi li l-attivitajiet tagħhom jaqgħu taħt l-Anness III ta' din id-direttiva, l-awtorità kompetenti la hija marbuta li tistabbilixxi t-tort, la n-negliġenza u saħansitra lanqas id-dolo fi ħdan l-operatur li l-attivitajiet tiegħu huma meqjusa bħala responsabbli għad-danni kkawżati lill-ambjent. Min-naħa l-oħra, din l-awtorità għandha, minn naħa, l-ewwel nett tfittex l-oriġini tat-tniġġis ikkonstatat u, f'dan ir-rigward, l-imsemmija awtorità għandha marġni ta' diskrezzjoni f'dak li jikkonċerna l-proċeduri, il-mezzi li għandhom jintużaw u t-tul ta' tali riċerka. Min-naħa l-oħra, din l-awtorità għandha tistabbilixxi, skont ir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-prova, rabta kawżali bejn l-attivitajiet tal-operaturi kkonċernati mill-miżuri ta' rimedju u dan it-tniġġis.

____________

1 - ĠU C 301, tat-22.11.2008