Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Ottubru 2008 - Voslamber vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-86/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Dietrich Voslamber (Freiburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Thielen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Lulju 2008 li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal kopertura primarja tal-konjuġi tiegħu taħt l-assigurazzjoni kontra l-mard.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali ADMIN.B tal-Kummissjoni Ewropea tad-9 ta' Lulju 2008 fil-konfront tar-rikorrent;

jikkonstata li r-rikorrent għandu raġun meta jsostni li l-konjuġi tiegħu hija intitolata għal assigurazzjoni primarja taħt l-iSKAM;

jirriżerva d-drittijiet kollha tar-rikorrent li jressaq iktar motivi insostenn tar-rikors tiegħu;

jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________