Language of document :

Appell ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 minn Boudewijn Schokker mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-8 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-817/17, Schokker vs EASA

(Kawża C-310/19 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Boudewijn Schokker (rappreżentanti: T. Martin, S. Orlandi, avocats)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tat-8 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-817/17, Schokker vs EASA;

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali,

tirriżerva d-deċiżjoni dwar l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Skont l-appellant, il-Qorti Ġenerali, fl-ewwel lok, wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet ir-rikors għal raġuni li qajmet ex officio u li kklassifikat b’mod żbaljat bħala “manifesta”. B’hekk il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha u d-drittijiet tad-difiża tal-appellant.

L-appellant isostni, fit-tieni lok, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li ma kienx rilevanti li tistħarreġ ir-raġunijiet għall-irtirar tal-offerta ta’ impjieg kontenzjuża għaliex offerta ta’ impjieg tista’ fi kwalunkwe każ tiġi rtirata f’kull ħin u mingħajr ebda kundizzjoni.

____________