Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2011 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-130/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjonijiet ta’ trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz mal-Kummissjoni abbażi tal-proposta kkalkolata mill-ġdid tal-PMO.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet li jannullaw u jissostitwixxu l-proposti ta’ trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni tar-rikorrenti fil-kuntest tat-talba tagħhom skont l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li tikkonċerna proposta ġdida kkalkolata abbażi tad-DĠE adottati fit-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.