Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-20 ta' Jannar 2011 - Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-132/07) 1

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Artikoli 17, 17a u 19 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal awtorizzazzjoni sabiex jiġu żvelati dokumenti - Talba għal awtorizzazzjoni sabiex jiġi ppubblikat test - Talba għal awtorizzazzjoni sabiex jintużaw konstatazzjonijiet quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali - Ammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Guido Strack (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Servizz pubbliku - Annullament ta' diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu t-talba tar-rikorrent għal awtorizzazzjoni, minn naħa, tal-pubblikazzjoni ta' ċerti dokumenti u, min-naħa l-oħra, tal-introduzzjoni ta' lment fil-konfront ta' (ex) kummissarji u aġenti tal-Kummissjoni - Talba għal danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

G. Strack għandu jbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C107, 26.04.2008, p.44.