Rikors ippreżentat fil-5 ta' Ġunju 2007 - Wiedmann vs Il-Parlament
(Kawża F-57/07)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Thomas Wiedmann (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra tas-26 ta' Ġunju 2006 li nnominat lir-rikorrent bħala uffiċjal tal-Komunitajiet Ewropej, sa fejn tistabbilixxi il-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad AD6, skala 1;
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motivi simili ħafna għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża F-12/06
1.
____________1 - ĠUUE C 86 tat-8.4.2006, p. 48.