Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fis-6 ta’ Settembru 2019 – flightright GmbH vs Austrian Airlines AG

(Kawża C-661/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: flightright GmbH

Konvenuta: Austrian Airlines AG

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) u tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ trasport ta’ persuni permezz ta’ titjira ta’ konnessjoni komposta minn żewġ titjiriet, mingħajr waqfa kunsiderevoli fl-ajruport ta’ konnessjoni, hija biss id-distanza tat-tieni parti tal-vjaġġ li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-istabbiliment tal-ammont tal-kumpens meta r-rikors ikun dirett kontra t-trasportatur tal-ajru effettiv tat-tieni parti tal-vjaġġ, li matulha seħħet l-irregolarità, u meta t-trasport matul l-ewwel parti tal-vjaġġ ikun twettaq minn trasportatur tal-ajru ieħor?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p.10.