Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fl-10 ta’ Ottubru 2019, PH, OI vs “Eurobank Bulgaria” AD

(Kawża C-745/19)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PH, OI

Konvenuta: “Eurobank Bulgaria” AD

Domandi preliminari

F’sitwazzjoni fejn jiġi kkonstatat li klawżola f’kuntratt ta’ kreditu konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, li tippermetti bidla unilaterali tar-rata tal-interessi, hija inġusta, il-qorti nazzjonali tista’ tqis li l-interessi dovuti bis-saħħa tal-kuntratt għandhom jiġu kkalkolati b’rata fissa (minkejja li l-kuntratt inizjali fih stipulazzjoni kuntrarja), liema rata tkun dik iffissata fid-data tal-għoti tal-kreditu?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, huwa saħansitra possibbli għall-qorti nazzjonali li taġġudika l-interessi f’sitwazzjoni fejn ikun hemm klawżola inġusta li ma tiffissax b’mod leċitu r-rata varjabbli tal-interessi tal-kuntratt?

Għall-finijiet tar-risposti għall-ewwel żewġ domandi, x’rilevanza għandu l-fatt li l-konsumatur, fil-kuntest tar-rimbors tal-kreditu, ikun ta l-kunsens tiegħu għall-applikazzjoni ta’ metodu ta’ ffissar tar-rata ta’ interessi li ma jinvolvix klawżoli inġusti?

____________