Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Marzu 2012 – Marsili vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-19/10) 1
(Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva – Evalwazzjoni tal-eżami orali – Kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Letizia Marsili (Brusell, il-Belġju) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, C. Mereu u M. Velardo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tinkludix lir-rikorrenti fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AST/51/08, kif ukoll talba għad-danni.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
L. Marsili għandha tbati l-ispejjeż kollha.
____________1 ĠU C 161, 19.06.2010, p. 57.