Language of document : ECLI:EU:F:2014:221

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA

(It-Tieni Awla)

17 ta’ Settembru 2014

Kawża F‑21/10 DEP

Luigi Marcuccio

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku – Proċedura – Taxxa tal-ispejjeż – Artikolu 92 tar-Regoli tal-Proċedura – Rappreżentazzjoni ta’ istituzzjoni minn avukat – Onorarji ta’ avukat – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Talba għal interessi moratorji ”

Suġġett :      Talba għal taxxa tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru, imressqa skont l-Artikolu 92 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, mill-Kummissjoni Ewropea wara d-digriet Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F‑21/10, EU:F:2011:24).

Deċiżjoni :      L-ammont totali ta’ spejjeż li għandu jiġi rrimborsat minn L. Marcuccio lill-Kummissjoni Ewropea bħala spejjeż li jistgħu jinġabru fil-Kawża F‑21/10, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, huwa stabbilit għal EUR 3 065. Is-somma msemmija fil-punt 1 tiżdied bl-interessi moratorji mid-data tan-notifika ta’ dan id-digriet sad-data tal-ħlas effettiv tagħha, imħallsa bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-trażazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament fis-seħħ fl-ewwel jum tal-kalendarju tax-xahar mill-iskadenza għall-ħlas, miżjuda bi tliet punti u nofs perċentwali.

Sommarju

1.     Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Taxxa – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Spejjeż indispensabbli sostnuti mill-partijiet – Onorarji mħallsa minn isitiuzzjoni lill-avukat tagħha  – Inklużjoni – Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tat-taxxa

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19, u Anness I, Artikolu 7(1))

2.     Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Taxxa – Interessi moratorji

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikoli 81 sa 83 u 92)

1.      Kif jirriżulta mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku skont l-Artikolu 7(1) tal-Anness I tal-imsemmi statut, l-istituzzjonijiet huma liberi li jfittxu l-assistenza ta’ avukat. Ir-remunerazzjoni ta’ dan tal-aħħar għaldaqstant jaqa’ fil-kunċett ta’ spejjeż indispensabbli li saru għall-finijiet tal-proċeduri, mingħajr ma l-istituzzjoni tkun obbligata li turi li tali assistenza kienet oġġettivament iġġustifikata.

Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ammont li bih l-onorarji ta’ avukat jistgħu jiġu rkuprati, il-qorti tal-Unjoni ma għandhiex ġurisdizzjoni li tintaxxa l-onorarji dovuti mill-partijiet lill-avukati tagħhom stess, iżda li tiddetermina l-ammont ta’ dawn ir-reumerazzjonijiet li jistgħu jiġu rkuprati mingħand il-parti kkundannata għall-ispejjeż. Il-qorti tal-Unjoni, fid-deċiżjoni dwar talba għal taxxa tal-ispejjeż, la għandha tieħu inkunsiderazzjoni tariffa nazzjonali li tistabbilixxi l-onorarji tal-avukati u lanqas eventwali ftehim konkluż f’dan ir-rigward bejn il-parti kkonċernata u l-aġenti jew il-konsulenti tagħha.

Fl-istess sens, in-natura fissa tar-reumerazzjoni ma għandha l-ebda impatt fuq l-evalwazzjoni mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-ammont li jista’ jiġi rkuprat bħala spejjeż, peress li l-qorti tibbaża fuq kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza u l-indikazzjonijiet ċari li l-partijiet għandhom jipprovdulha. Għalkemm l-assenza ta’ tali informazzjoni ma għandhiex tostakola d-determinazzjoni mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, ibbażata fuq evalwazzjoni ġusta, tal-ammont tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru, madanakollu din tqiegħda f’sitwazzjoni li l-evalwazzjoni tagħha tkun neċeessarjament stretta fir-rigward tal-invokazzjonijiet tar-rikorrenti.

Bl-istess mod, l-ammont tal-onorarji li jistgħu jiġu rkuprati tal-avukat tal-istituzzjoni kkonċernata ma jistax jiġi evalwat b’mod iżolat mix-xogħol li sar diġà mis-servizzi ta’ din tal-aħħar, anki qabel ma jiġi adit it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Fil-fatt, għalkemm l-ammissibbiltà ta’ rikors hija suġġetta għall-preżentazzjoni ta’ ilment u għaċ-ċaħda ta’ din tal-aħħar mill-Awtorità tal-Ħatra, is-servizzi tal-istituzzjoni huma, fil-prinċipju, involuti fit-trattament ta’ tilwim anki qabel ma dawn jitressqu quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Fir-rigward tal-ammont ta’ xogħol marbut mal-proċedura prekontenzjuża, huwa l-qrati tal-Unjoni li għandhom jagħmlu evalwazzjoni ġusta tax-xogħol essenzjali għall-finijiet tal-proċedura fil-kawża prinċipali billi tiffissa l-għadd ta’ sigħat ta’ xogħol tal-avukat.

(ara l-punti 18 sa 20, 22 u 30)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: digrieti Marcuccio vs Il-Kummissjoni, T‑278/07 P-DEP, EU:T:2013:269, punt 20, u Marcuccio vs Il-Kummissjoni, T‑366/10 P-DEP, EU:T:2014:63, punt 33, u l-ġurisprudenza ċċitata

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: digriet Chatzidoukakis vs Il-Kummissjoni, F‑84/10 DEP, EU:F:2014:41, punti 21, 22 u 24, u l-ġurisprudenzza ċċitata

2.      Skont l-Artikolu 92 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubblikuli, li jgħid li dan tal-aħħar għandu ġurisdizzjoni esklużiva dwar il-konstatazzjoni tal-obbligu tal-ħlas ta’ interessi moratorji fuq kundanna għall-ispejjeż magħmula mill-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u l-iffissar tar-rata applikabbli.

Mill-Artikoli 81 sa 83 tal-imsemmija Regoli tal-Proċedura jirriżulta li digriet, bħala tali, ma huwiex ippronunzjat. Huwa għandu juri d-data tal-adozzjoni tiegħu u għandu forza vinkolanti mid-data tan-notifika tiegħu. Minn dan isegwi li parti li titlob l-interessi moratorji mid-data tal-għoti tad-digriet li għandu jingħata, għandha titqies bħala li titlob lill-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jordna l-interessi moratorji fuq l-ispejjeż li jistgħu jinġabru biss mid-data ta’ notifika tad-digriet li jiffissa l-ispejjeż. B’hekk il-parti hija intitolata għall-interessi moratorji fuq l-ammont tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru stabbiliti mill-qorti, min-notifika tad-digriet li jistabbilixxi l-ispejjeż sal-ħlas effettiv tal-imsemmija spejjeż.

(ara l-punti 34, 36 u 37)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: digriet Marcuccio vs Il-Kummissjoni, T‑450/10 P-DEP, EU:T:2014:32, punt 47

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: digriet Chatzidoukakis vs Il-Kummissjoni, EU:F:2014:41, punt 38, u l-ġurisprudenza ċċitata