Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 – Glantenay et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda F-23/12 u F-30/12) 1

(Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/204/10 – Għażla abbażi ta’ kwalifiki – Eliminazzjoni ta’ kandidati mingħajr eżami konkret tal-lawrji tagħhom u tal-esperjenza professjonali tagħhom)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jérôme Glantenay et (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Rikorrent: Marco Cecchetto (Rovigo, l-Italja) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talna għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/204/10 li r-rikorrenti ma jiġux ammessi għall-istadju segwenti tal-kompetizzjoni.

Dispożittiv

Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Ġħażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/204/10 li jiġu esklużi l-kandidaturi ta’ Bonagurio, Cecchetto, Gecse, Glantenay, Gorgol, Kalamees u Skrobich kif ukoll ta’ Venckunaite u Zaleska mill-proċedura ta’ kompetizzjoni, mingħajr ma dawn ikunu eżaminati fil-kuntest tat-tieni fażi tal-għażla abbażi tal-kwalifiki stipulati fl-avviż ta’ kompetizzjoni, huma annullati.Il-kumplament tar-rikorsi fil-Kawżi F-23/12 u F-30/12 huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati disa’ minn għaxra tal-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn Bonagurio, Cecchetto, Gecse, Glantenay, Gorgol, Kalamees u Skrobich kif ukoll minn Venckunaite u Zaleska.Cruceru għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati wieħed min għaxra tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.