Language of document : ECLI:EU:F:2008:4

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-EWWEL AWLA
TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

23 ta’ Jannar 2008

Kawża F-123/07

Chantal De Fays

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Ftehim bonarju fuq l-inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu C. De Fays titlob l-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera 2005 tagħha kif ukoll li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tikkumpensa d-dannu morali subit minħabba d-dewmien fir-redazzjoni tal-imsemmi rapport u l-kontinwazzjoni ta’ evalwazzjonijiet, li jinsabu f’tali rapport, li ma humiex adegwati mal-prestazzjoni reali tagħha.

Deċiżjoni: Il-Kawża F‑123/07, De Fays vs Il‑Kummissjoni, hija mħassra mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż raġonevoli sostnuti mir-rikorrenti. Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

Uffiċjali – Rikors – Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikoli 69 u 74)