Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Frar 2019 – Raggio di Sole Società Cooperativa Onlus vs Comune di Ostuni, Consorzio per L’Inclusione Sociale dell’Ats Fasano – Ostuni – Cisternino

(Kawża C-110/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Raggio di Sole Società Cooperativa Onlus

Konvenuti: Comune di Ostuni u Consorzio per L’Inclusione Sociale dell’Ats Fasano – Ostuni – Cisternino

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea (u b’mod partikolari l-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali, ta’ moviment liberu, ta’ libertà ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi) jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (bħal dik fl-Artikolu 83(9), l-Artikolu 95(10) u l-Artikolu 97(5) tal-“Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi” Taljan) li abbażi tagħha n-nuqqas ta’ indikazzjoni minn kandidat għal sejħa għal offerti pubblika tal-ispejjeż tal-ħaddiema u l-ispejjeż għas-sigurtà tal-ħaddiema twassal fi kwalunkwe każ għall-esklużjoni mill-proċedura ta’ għoti, mingħajr ma l-kandidat ikun jista’ jibbenefika iktar tard mill-imsejħa “assistenza għall-istabbiliment tal-fajl”, anki fil-każ fejn dan l-obbligu ta’ dikjarazzjoni jirriżulta minn dispożizzjoniiet biżżejjed ċari u li jinftiehmu u indipendentement mill-fatt li l-avviż tas-sejħa ma jinkludix espressament dan l-obbligu legali li tiġi pprovduta indikazzjoni preċiża?

____________