Language of document :

Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2019 minn Scandlines Danmark ApS u Scandlines Deutschland GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-890/16, Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-173/19 P)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Scandlines Danmark ApS u Scandlines Deutschland GmbH (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, advokat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-890/16 sa fejn jikkontradiċi s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-630/15 fir-rigward tan-natura tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni bħala att konfermattiv fir-rigward tal-miżuri addizzjonali ta’ kostruzzjoni;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-appellanti.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jressqu żewġ aggravji:

l-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta adottat id-digriet ikkontestat abbażi ta’ pożizzjoni li hija kompletament l-oppost ta’ dik adottata fis-sentenza tagħha fil-Kawża T-630/15.

it-tieni aggravju: il-Qorti tal-Ġustizzja wettqet żball ta’ liġi meta adottat id-digriet ikkontestat b’motivazzjoni vvizzjata b’kuntradizzjonijiet interni.

____________