Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-3 ta’ Jannar 2020 – B

(Kawża C-1/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent fi proċedura ta’ reviżjoni: B.

Konvenut: Finanzamt Wien

Domanda preliminari

L-Artikolu 132(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizzi mogħtija minn avukat bħala mandatarju ġudizzjarju – sa fejn dawn ma humiex servizzi tipiċi tal-kariga ta’ avukat – huma eżentati mit-taxxa fuq il-valur miżjud?

____________

1     ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.