Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) (il-Portugall) fit-30 ta’ Lulju 2019 – FRENETIKEXITO – UNIPESSOAL, LDA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-581/19)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FRENETIKEXITO – UNIPESSOAL, LDA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)    Fl-ipoteżi fejn, bħal f’dan il-każ, kumpannija;

tiddedika lilha nnifisha, b’mod prinċipali, għal attivitajiet ta’ eżerċizzju u ta’ benesseri fiżiku u, b’mod sekondarju, għal attivitajiet għas-saħħa tal-bniedem, fosthom nutrizzjoni, konsulenzi dwar nutrizzjoni u dwar evalwazzjoni fiżika, kif ukoll it-twettiq ta’ massaġġi;

tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-klijenti tagħha pjanijiet li jinkludu biss servizzi ta’ fitness u pjanijiet li jinkludu kemm servizzi ta’ fitness kif ukoll nutrizzjoni,

hija jkollha, taħt l-Artikolu 2(1)(c) tad- Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 tqis li l-attività għas-saħħa tal-bniedem, b’mod speċifiku n-nutrizzjoni, hija anċillari għall-attività ta’ eżerċizzju u ta’ benesseri fiżiku, b’tali mod li s-servizz anċillari għandu jkollu l-istess trattament fiskali bħall-provvista ta’ servizz prinċipali jew, bil-kontra, għandu jitqies li l-attività għas-saħħa tal-bniedem, b’mod speċifiku n-nutrizzjoni, u l-attività ta’ eżerċizzju u ta’ benesseri fiżiku huma indipendenti u awtonomi bejniethom, fejn għalhekk għandu jkun applikabbli għalihom it-trattament fiskali previst għal kull waħda minn dawk l-attivitajiet?

2)    L-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(c) tad-Direttiva 2006/112/KE tippresupponi li s-servizzi hemm indikati jiġu effettivament ipprovduti jew is-sempliċi tqegħid għad-dispożizzjoni tal-istess servizzi, b’tali mod l-użu tagħhom tkun dipendenti biss mir-rieda tal-klijent, huwa suffiċjenti għall-applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni?

____________

1     ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 335, p. 16, u fil-ĠU 2018, L 32, p. 53.