Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2015 – Ertico – Its Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-604/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Road Transport Telematics Implementation Coordination Organisation - Intelligent Transport Systems & Services Europe (Ertico – Its Europe) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Wellinger u K. T’Syen, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord ta’ Validazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-18 ta’ Awwissu 2015, li jikkonstata li r-rikorrenti ma tikkwalifikax bħala impriża mikro, żgħira u medja fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, tas-6 ta’ Mejju 2003, dwar id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, p. 36); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur mid-deċiżjoni kkontestata tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 58/2003 1 peress li l-Bord ta’ Validazzjoni adotta d-deċiżjoni kkontestata iktar minn xahrejn wara d-data li fiha tressqu proċeduri quddiem il-Bord ta’ Validazzjoni.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur mid-deċiżjoni kkontestata (i) tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 58/2003; (ii) tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti; u (iii) tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba peress li l-Bord ta’ Validazzjoni naqas milli jisma’ l-argumenti tar-rikorrenti qabel ma adotta d-deċiżjoni kkontestata.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur mid-deċiżjoni kkontestata tal-prinċipji (i) ta’ ċertezza legali, (ii) ta’ amministrazzjoni tajba, (iii) tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti; u (iv) ta’ res judicata peress li l-Bord ta’ Validazzjoni, filwaqt li ammetta li l-argumenti mqajma mir-rikorrenti fis-7 ta’ Frar 2014 huma korretti, xorta waħda ssostitwixxa l-motivazzjoni inizjali tiegħu b’motivazzjoni ġdida, mingħajr ma kien hemm fatti ġodda u materjali.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur mid-deċiżjoni kkontestata tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (iktar ’il quddiem ir-“Rakkomandazzjoni IŻM”) inkwantu l-konklużjoni tagħha li r-rikorrenti ma tikkwalifikax bħala impriża hija bbażata fuq kriterji li ma jissemmewx fir-Rakkomandazzjoni IŻM iżda, minflok, fis-Sezzjoni 1.1.3.1(6)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/838/UE, Euratom  .Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konklużjoni tad-deċiżjoni kkontestata li r-rikorrenti ma tikkwalifikax bħala IŻM teskludi u tinjora l-formulazzjoni ċara u inekwivoka tar-Rakkomandazzjoni IŻM u hija bbażata fuq interpretazzjoni arbitrarja u purament suġġettiva tar-Rakkomandazzjoni IŻM.Is-sitt motiv ibbażat fuq il-konklużjoni żbaljata tad-deċiżjoni kkontestata li r-rikorrenti ma tikkwalifikax bħala IŻM skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni IŻM: ir-rikorrenti hija “impriża” u r-rikorrenti hija “awtono

ma” skont it-tifsira tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni IŻM.Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur mid-deċiżjoni kkontestata tal-prinċipju tat-trattament l-iktar favorevoli taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/838/UE, kif ukoll tad-dispożizzjoni ekwivalenti taħt il-programm Orizzont 2020.It-tmien m

otiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’motivazzjoni kontradittorja u inadegwata, peress li l-Bord ta’ Validazzjoni naqas milli jikkonforma ruħu mad-dmir tiegħu li jimmotiva debitament id-deċiżjoni tiegħu.

____________

1 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003

, tad-19 ta’ Diċembru 2002, li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 235). Deċiżjoni

tal-Kummissjoni, tat-18 ta’ Diċembru 2012, dwar l-adozzjoni tar-Regoli biex tiġi żgurata verifika konsistenti tal-eżistenza u tal-istatus ġuridiku tal-parteċipanti, kif ukoll tal-kapaċitajiet operazzjonali u finanzjarji tagħhom, f’azzjonijiet in

diretti appoġġjati permezz ta’ forma ta’ għotja skont is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni u taħt is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċer

ka nukleari u l-attivitajiet ta’ taħriġ (ĠU L 359, p. 45).