Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-29 ta' Ġunju 2010 - Hanschmann vs L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

(Kawża F-27/09) 1

(Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Nuqqas ta' tiġdid ta' kuntratt - Kuntratt għal żmien indeterminat - Artikolu 6 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol - Prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ingo Hanschmann (Den Haag, il-Pajjizi Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment irrappreżentat minn P. de Casparis, avukat, sussegwentement minn W. J. Dammingh u N. D. Dane, avukati)

Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur u R. Van der Hout, avukati)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrent li ma kienx possibbli li jiġi offrut lilu impjieg permanenti, kif ukoll tad-deċiżjoni tas-7 ta' Jannar 2009 li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008, li permezz tagħha l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) irrifjuta li jagħti kuntratt għal żmien indeterminat lil I. Hanschmann hija annullata.

Europol huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 167, 18/07/09 p. 25