Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour du travail de Liège (il-Belġju) fl-10 ta’ Frar 2020 – Agence fédérale pour l’Accueil des demandeurs d’asile (Fedasil) vs M

(Kawża C-67/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agence fédérale pour l’Accueil des demandeurs d’asile

Konvenut: M

Domandi preliminari

Rimedju pprovdut taħt id-dritt intern favur applikant għall-ażil mistieden sabiex l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tiegħu tiġi eżaminata fi Stat Membru ieħor, li ma għandu ebda natura sospensiva u li ma jistax jikseb tali natura ħlief fil-każ taċ-ċaħda tal-libertà fid-dawl ta’ trasferiment imminenti, jikkostitwixxi rimedju effettiv fis-sens tal-Artikolu 27 tar-Regolament imsejjaħ Dublin III 1 ?

Ir-rimedju effettiv previst fl-Artikolu 27 tar-Regolament imsejjaħ Dublin III għandu jinftiehem fis-sens li jipprekludi biss l-implimentazzjoni ta’ miżura ta’ trasferiment forzat matul l-eżami tal-appell ippreżentat kontra l-imsemmija deċiżjoni ta’ trasferiment jew fis-sens li jipprojbixxi kull miżura preparatorja għal tneħħija, bħat-tpoġġija f’ċentru li jiżgura l-implimentazzjoni ta’ traġitt ta’ ritorn fir-rigward tal-applikanti għall-ażil mitluba sabiex l-applikazzjoni għall-ażil tagħhom tiġi eżaminata f’pajjiż Ewropew ieħor?

____________

1     Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50).