Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 – Carneiro vs Europol

(Kawża F-122/13) 1

(Servizz pubbliku – Persunal ta’ Europol – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat – Klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt għal żmien determinat bħala kuntratt għal żmien indeterminat – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria José Carneiro (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Kempeners u M. Itani, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: D. Neumann u J. Arnould, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Europol li ma jġeddidx il-kuntratt tar-rikorrenti għal żmien indeterminat u talba sabiex il-Europol jiġi kkundannat iħallas id-differenza bejn ir-remunerazzjoni li hija setgħet tkompli tirċievi mal-Europol u kull allowance oħra li hija effettivament irċeviet. Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.M. Carneiro għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija.