Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ April 2012 – Oprea vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-108/11) 1

“Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Nuqqas ta’ ammissjoni għall-kompetizzjoni – Proċedura prekontenzjuża – Żvolġiment irregolari – Inammissibbiltà manifesta”

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Valentin Oprea (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Fratini u F. Filpo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-bord tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/198/10 li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-kompetizzjoni msemmija minħabba allegat nuqqas ta’ esperjenzi professjonali.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

V. Oprea għandu jbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 ĠU C 25, 28.01.12, p. 69.