Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Ġunju 2019 – Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs Frontline Digital GmbH

(Kawża C-438/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

Konvenuta: Frontline Digital GmbH

Domandi preliminari

Fil-każ ta’ kuntratti mill-bogħod, kontenut diġitali fis-sens tal-Artikolu 16(m) tad-Direttiva 2011/83/UE 1 huwa pprovdut lill-konsumatur meta dan tal-aħħar jikkonkludi kuntratt ma’ kummerċjant għall-parteċipazzjoni fi “pjattaforma ta’ kuntatti” fuq l-internet?

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Il-bidu tal-provvista tal-kontenut diġitali mill-kummerċjant lill-konsumatur iwassal għat-telf tad-dritt ta’ rtirar tal-konsumatur, konformement mal-Artikolu 16(m) tad-Direttiva 2011/83, anki fil-każ fejn, kuntrarjament għall-Artikolu 8(7) tal-imsemmija Direttiva, il-kummerċjant ma jkunx bagħat minn qabel lill-konsumatur konferma tal-kuntratt konkluż flimkien mal-informazzjoni inkluża f’din id-dispożizzjoni?

Jekk, f’dan il-każ, id-dritt ta’ rtirar tal-konsumatur jissokta:

Il-konsumatur għandu jiġi informat b’dan minn qabel, konformement mal-Artikolu 6(1)(k) tad-Direttiva 2011/83?

____________

1 Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011 L 304, p. 64).