Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione - l-Italja) – Garlsson Real Estate SA, fi stralċ, Stefano Ricucci, Magiste International SA vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

(Kawża C-537/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2003/6/KE – Manipulazzjoni tas-suq – Sanzjonijiet – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi sanzjoni amministrattiva u sanzjoni kriminali għall-istess fatti – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 50 – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Natura kriminali tas-sanzjoni amministrattiva – Eżistenza tal-istess ksur – Artikolu 52(1) – Limitazzjonijiet għall-prinċipju ta’ ne bis in idem – Kundizzjonijiet)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Garlsson Real Estate SA, fi stralċ, Stefano Ricucci, Magiste International SA

Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

Dispożittiv

L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza t-tkomplija ta’ proċedura ta’ sanzjoni amministrattiva pekunjarja ta’ natura kriminali kontra persuna minħabba aġir illegali li jikkostitwixxi manipulazzjoni tas-suq li għalih diġà ngħatat kundanna kriminali definittiva fil-konfront tiegħu, sa fejn din il-kundanna hija, fid-dawl tad-dannu kkawżat lis-soċjetà mill-ksur imwettaq, ta’ natura li tiskoraġġixxi dan il-ksur b’mod effettiv, proporzjonat u dissważiv.

Il-prinċipju ta’ ne bis in idem iggarantit mill-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jagħti lill-individwi dritt direttament applikabbli fil-kuntest ta’ tilwima bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.

____________

1     ĠU C 22, 23.1.2017