Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Korneuburg (l-Awstrija) fl-20 ta’ April 2020 – Airhelp Limited vs Austrian Airlines AG

(Kawża C-164/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Korneuburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Airhelp Limited

Konvenuta: Austrian Airlines AG

Domanda preliminari

L-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li marda ċċertifikata minn tabib tal-ajruport u l-konsegwenti nuqqas ta’ kapaċità li jtir ta’ passiġġier li jkun diġà tela’ f’ajruplan li jkun għadu ma tarx u li fih dan il-passiġġier jiġi rrifjutat li jinġarr mit-trasportatur tal-ajru, bil-konsegwenza li l-passiġġier ikollu jinżel mill-ajruplan u l-bagalja tiegħu jkollha tinħatt, għandha titqies li hija “ċirkustanza eċċezzjonali” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.