Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ġunju 2009 - Carlo De Nicola vs BEI

(Kawża F-59/09)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell adottata fl-14 ta' Novembru 2008 jew il-korrezzjoni tagħha sa fejn tattribwixxi lir-rikorrent, minflok li lill-avukat tiegħu, ir-rikuża tat-tliet membri tal-Kumitat. Min-naħa l-oħra, l-annullament tal-promozzjonijiet deċiżi fid-29 ta' April 2008 mingħajr ma kienet ikkunsidrata l-pożizzjoni tar-rikorrent, kif ukoll tal-atti kollha relatati magħhom. Fl-aħħar nett, il-kontestazzjoni tal-attività ta' mobbing fil-konfront tar-rikorrent u l-kundanna tal-konvenut sabiex iwaqqaf l-imsemmija attività.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell u, fi kwalunkwe każ, tikkoreġiha fil-parti fejn tattribwixxi li C. De Nicola (minflok li lill-avukat tiegħu) ir-rikuża tat-tliet membri tiegħu u fil-parti fejn tikkunsidra l-motiv tar-rikuża bħala "pura u sempliċi konstatazzjoni tad-deċiżjoni tal-14.12.2007", minflok bħala l-konsegwenza tal-ammissjonijiet u tar-rinunzji li dawn l-istess tliet membri kienu inġustament attribwew lil C. De Nicola;

tannulla l-promozzjonijiet tad-29.04.08 peress li kienu ġew deċiżi mingħajr ma kienet ġiet ikkunsidrata l-pożizzjoni tar-rikorrent, kif ukoll l-atti relatati, derivati u preċedenti, fosthom l-evalwazzjoni tal-2007, jekk ikun il-każ, taħt dikjarazzjoni tal-illegalità tal-limitazzjonijiet stabbiliti mill-istruzzjonijiet mogħtija mid-Direttorat HR;

tikkonstata l-attività ta' mobbing li saret fil-konfront tar-rikorrent u, għalhekk

tikkundanna lill-BEI jwaqqaf l-imsemmija attività ta' mobbing u li jikkumpensa d-danni fiżiċi, morali u materjali konsegwenti li sofra r-rikorrent, kif ukoll għall-ħlas tal-ispejjeż tal-kawża, l-interessi u għar-rievalwazzjoni monetarja fuq il-kreditu rikonoxxut.

____________