Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Kamenz - il-Ġermanja) – MC vs ND

(Kawża C-827/18) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u Rikonoxximent u Eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali – Konvenzjoni ta’ Lugano II – Artikolu 22(1) – Tilwim dwar drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli u dwar kirjiet ta’ proprjetà immobbli – Restituzzjoni tal-qligħ miksub mill-kiri ta’ beni qabel it-trasferiment tal-proprjetà)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Kamenz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MC

Konvenut: ND

Dispożittiv

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 22(1) tal-Konvenzjoni dwar il-Ġurisdizzjoni u r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fit-30 ta’ Ottubru 2007, li l-konklużjoni tagħha ġiet approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/430/KE, tas-27 ta’ Novembru 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma tikkostitwixxix azzjoni “li l-objettiv [tagħha jkunu] drittijiet in rem fi proprjetà immobbli jew kirjiet ta’ proprjetà immobbli”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, azzjoni mibdija mix-xerrej ta’ proprjetà immobbli li tkun tikkonċerna l-ħlas ta’ somma rċevuta mill-bejjiegħ abbażi tal-kera mħallsa minn parti terza, filwaqt li dan ix-xerrej, għalkemm ikun daħal fil-pussess tal-proprjetà immobbli fil-mument tal-ħlas ta’ din is-somma, kien għadu mhux legalment il-proprjetarju tagħha, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli.

____________

1     ĠU C 103, 18.03.2019.