Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – Messi Cuccittini vs EUIPO – J-M.-E.V. e hijos (MESSI)

(Kawża T-554/14) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MESSI – Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea MASSI – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Lionel Andrés Messi Cuccittini (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. L. Rivas Zurdo u M. Toro Gordillo, sussegwentement J.-B. Devaureix u J.-Y. Teindas Maillard, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment O. Mondéjar Ortuño, sussegwentement S. Palmero Cabezas, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: J-M.-E.V. e hijos, SRL (Granollers, Spanja) (rappreżentanti: J. Güell Serra u M. Ceballos Rodríguez, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ April 2014 (Każ R 1553/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn J-M.-E.V. e hijos u L. A. Messi Cuccittini.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ April 2014 (Każ R 1553/2013-1) hija annullata.

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Lionel Andrés Messi Cuccittini.

J-M.-E.V. e hijos, SRL għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 339, 29.9.2014.