Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta' Lulju 2007 - Continolo vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-143/06)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjal - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni - Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Donato Continolo (Duino-Aurisina, l-Italja) (rappreżentanti: S. Rodrigues, C. Bernard-Glanz, u R. Albelice, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u M. Velardo, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku - L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrigwarda l-konċessjoni u likwidazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent, inkwantu ma tirrikonoxxix kompletament il-perijodu bejn il-11 ta' Ġunju 1981 u l-1 ta' Marzu 1983, li matulu huwa kien fuq leave għal raġunijiet personali.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 20 p. 41, 27.01.07.