Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-7 ta’ April 2014 – Alfredo Rendón Marín vs Administración del Estado

(Kawża C-165/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo, Sala de lo Contencioso Administrativo, Sección Tercera

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Alfredo Rendón Marín

Konvenuta: Administración del Estado

Domanda preliminari

Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà li jingħata permess ta’ residenza lil ġenitur ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea, li huwa minuri u dipendenti fuqu, minħabba preċedent kriminali fil-pajjiż li fih jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu, minkejja li dan iwassal għad-deportazzjoni tal-minuri mit-territorju tal-Unjoni, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li jrid jakkumpanja lill-ġenitur tiegħu, hija kompatibbli mal-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, interpretat fid-dawl tas-sentenzi tad-19 ta’ Ottubru 2004 (C-200/02)  u tat-8 ta’ Marzu 2011 (C-34/09)   ?