Language of document : ECLI:EU:F:2007:83

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU (L-Ewwel Awla)

16 ta’ Mejju 2007

Kawża F-100/05 DEP

Eleni Chatziioannidou

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Proċedura – Intaxxar ta’ l-ispejjeż”

Suġġett: Rikors li permezz tiegħu E. Chatziioannidou ppreżentat, skond l-Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, applikabbli mutatis mutandis għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, skond l-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/752/KE, Euratom, tat-2 ta’ Novembru 2004, li tistabbilixxi t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ l-Unjoni Ewropea (ĠU L 153M, p. 84), sad-dħul fis-seħħ tar-Regoli tal-Proċedura ta’ dan ta’ l-aħħar, talba sabiex jiġu ntaxxati l-ispejjeż relatati mas-sentenza ta’ l-14 ta’ Novembru 2006 (F‑100/05, Chatziioannidou vs Il-Kummissjoni, ĠabraSP p. I-A-1-129 u II-A-1-487).

Deċiżjoni: L-ammont ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġi rkuprati mir-rikorrenti fil-Kawża F‑100/05 huwa stabbilit għal EUR 10 222.

Sommarju

Proċedura – Spejjeż – Intaxxar – Elementi li għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 91(b); Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/752, Artikolu 3(4))

Fir-rigward ta’ l-evalwazzjoni, sabiex jiġi stabbilit l-ammont ta’ spejjeż li jistgħu jiġu rkuprati, ta’ l-ammont ta’ xogħol marbut mal-proċedura kontenzjuża, hija l-qorti Komunitarja li għandha tieħu in kunsiderazzjoni n-numru totali tas-sigħat ta’ xogħol li jistgħu jidhru bħala oġġettivament indispensabbli għall-finijiet ta’ din il-proċedura. F’dan ir-rigward, l-ammont ta’ l-onorarji għall-assistenza legali ma jiddependix fuq il-volum ta’ l-osservazzjonijiet ippreżentati minnu. Fil-fatt, il-qosor ta’ l-osservazzjonijiet jista’ jkun jimplika kemm il-kwalitajiet tas-sintesi ta’ l-awtur tagħhom, li jiffranka l-ħin tax-xogħol tal-qorti u tal-parti avversarja, kif ukoll indikazzjoni ta’ xogħol mgħaġġel. Il-qosor ta’ osservazzjoni ma jistax, bħala prinċipju, jiġi analizzat bħala li jirrifletti xogħol mgħaġġel jew sommarju min-naħa tal-persuna li ppreżentat tali osservazzjoni.

(ara l-punti 23 u 24)

Referenza: Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 30 ta’ Ottubru 1998, Kaysersberg vs Il‑Kummissjoni, T‑290/94 DEP, Ġabra. p. II-4105, punt 20; 20 ta’ Novembru 2002, Spruyt vs Il‑Kummissjoni, T-171/00 DEP, ĠabraSP p. I‑A‑225 u II‑1127, punt 29