Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio) - l-Italja – AQ et (C-789/18) u ZQ (C-790/18) vs Corte dei Conti, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell'Economia e delle Finanze, Inps-Gestione (C-789/18)

(Kawżi magħquda C-789/18 u C-790/18) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Servizz pubbliku – Kumulazzjoni ta’ emolumenti li jirriżultaw mill-eżerċizzju ta’ attivitajiet bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha għas-servizz ta’ entità pubblika waħda jew iktar – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal limitu għal tali kumulazzjoni – Sitwazzjoni purament interna – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AQ et (C-789/18) u ZQ (C-790/18)

Konvenuti: Corte dei Conti, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell'Economia e delle Finanze, Inps-Gestione C‑789/18),

fil-preżenza ta’: BR et (C‑789/18)

Dispożittiv

It-talbiet għal deċiżjoni preliminari imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali tal-Latium, L-Italja), permezz tad-deċiżjonijiet tas-7 ta’ Novembru 2018, huma manifestament inammissibbli.

____________

1     ĠU C 112, 25.03.2019.