Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Ġunju 2010 - Cerafogli vs BĊE

(Kawża F-43/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Maria-Concetta Cerafogli (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tiċħad l-ilmenti tar-rikorrenti dwar id-diskriminazzjoni u l-preġudizzju għad-dinjità tagħha, minħabba l-aġir tal-amministraturi tagħha, kif ukoll talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 li tiċħad l-ilmenti tar-rikorrenti għal diskriminazzjoni u preġudizzju għad-dinjità tagħha, minħabba l-aġir tal-amministraturi tagħha u, jekk ikun il-każ, tannulla d-deċiżjoni tal-24 ta' Marzu 2010 li tiċħad ir-rikors straordinarju;

konsegwentement, tilqa' t-talbiet tar-rikorrenti, kif ifformulati fir-rikors amministrattiv, u b'mod partikolari:

tintemm kull forma ta' diskriminazzjoni u ta' fastidju morali fir-rigward ta' M.C. Cerafogli, kemm taħt forma verbali jew kemm fil-kuntest tal-funzjonijiet fdati lilha u tal-modalitajiet ta' xogħol;

tikseb, min-naħa ta' G., l-irtirar bil-miktub tad-dikjarazzjonijiet offensivi u ta' theddid tiegħu;

f'kull każ, tikseb il-kumpens għad-danni morali u materjali subiti;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-BĊE sabiex tipproduċi r-rapport komplut tal-investigazzjoni amministrattiva interna, bl-annessi kollha tiegħu, inklużi t-trattazzjonijiet tas-seduti. Barra minn dan, tikkundanna lill-BĊE sabiex tipproduċi wkoll il-komunikazzjonijiet kollha bejn il-bord inkarigat bl-investigazzjoni u d-Direttorat u/jew il-President tal-BĊE;

tħarrek bħala xhud lil L., kunsilliera indipendenti għal affarijiet soċjali preċedenti tal-konvenuta.

____________