Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Mejju 2010 -Wilk vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-32/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Christian Wilk (Trier, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Adam, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet li jordnaw l-irkupru ta' nofs l-allowance ta' installazzjoni mħallsa lir-rikorrent, wara d-divorzju tiegħu kif ukoll it-talba għal danni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-20 ta' Awwissu 2009 u tat-8 ta' Settembru 2009 li jordnaw l-irkupru tal-allegat ħlas żejjed;

jannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Frar 2010 li tikkonferma l-fondatezza ta' dan l-irkupru;

jikkundanna lill-Kummissjoni għar-rimbors tas-somma rkuprata bl-interessi legali dekorribbli mill-irkupru sal-ħlas;

tikkundanna lill-Kummissjoni għad-danni talli ppreġudikat b'mod serju d-dehra pubblika u r-reputazzjoni tar-rikorrent;

sussidjarjament, jirriżerva għar-rikorrent id-dritt li jitlob danni addizzjonali għad-dannu li sofra;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________