Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Lulju 2019 – WV vs Landkreis Harburg
(Kawża C-540/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellant: WV
Appellat: Landkreis Harburg
Domanda preliminari
Organu pubbliku li pprovda lil kreditur ta’ manteniment b’benefiċċji ta’ għajnuna soċjali skont dispożizzjonijiet tad-dritt pubbliku jista’ jipprevalixxi ruħu mill-qorti tal-post fejn il-kreditur ta’ manteniment għandu r-residenza abitwali tiegħu skont l-Artikolu 3(b) tar-Regolament Nru 4/2009 1 fil-każ li jeżiġi, fuq bażi surrogatorja, kontra d-debitur ta’ manteniment, il-kreditu ta’ manteniment ta’ natura ċivili tal-kreditur ta’ manteniment li, minħabba l-għoti tal-għajnuna soċjali, ġie ttrasferit lilu permezz ta’ surroga legali?
____________
1 Regolament (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (ĠU 2009 L 7, p. 1).