Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fis-6 ta’ Frar 2019 – San Domenico Vetraria SpA vs Agenzia delle Entrate
(Kawża C-94/19)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: San Domenico Vetraria SpA
Konvenuta: Agenzia delle Entrate
Domanda preliminari
L-Artikoli 2 u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 1 , kif ukoll il-prinċipju ta’ newtralità fiskali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha ma jitqiesux rilevanti għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud self u ssekondar ta’ persunal tal-kumpannija omm li fir-rigward tagħhom jitħallas biss ir-rimbors tal-ispejjeż relattivi min naħa tas-sussidjarja.
____________
1 Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23),