Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Marzu 2009 - De Benedetti-Dagnoni vs Il-Kunsill

(Kawża F-21/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Rosangela De Benedetti-Dagnoni (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li ma tippromwovix lir-rikorrenti għall-grad AST 7 fil-proċedura ta' promozzjoni 2008 u, sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjonijiet li ppromwovew għal dan il-grad uffiċjali li kien jistħoqqilhom inqas.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tippromwovix lir-rikorrenti għall-grad AST 7 fil-proċedura ta' promozzjoni 2008 u, sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjonijiet li ppromwovew għal dan il-grad uffiċjali li kien jistħoqqilhom inqas;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________