Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 – Guinet vs BEI

(Kawża F-107/12)1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Sistema ta’ pensjoni – Trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni – Kumpens għall-iżvantaġġi li jirriżultaw mid-dewmien tat-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni – Kundizzjoni tat-trasferiment effettiv tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba f’sistema oħra minbarra dik tal-BEI – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Philippe Guinet (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: T. Gilliams, G. Nuvoli, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-BEI tat-talba tar-rikorrent sabiex jiġu kkalkolati s-snin ta’ servizz għall-pensjoni miżjuda u talba għad-danni.Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud.P. Guinet għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għal tliet kwarti tal-ispejjeż sostnuti mill-Bank Ewropew tal-Investiment.Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jbati kwart tal-ispejjeż tiegħu.