Language of document :

Appell ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2018 minn Volkswagen AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-19 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-623/16, Volkswagen AG vs EUIPO

(Kawża C-744/18 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Volkswagen AG (rappreżentanti: F. Thiering u L. Steidle, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

B’digriet tal-21 ta’ Mejju 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat, u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.

____________