Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta' Marzu 2009 - Chaouch vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-30/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Dhikra Chaouch (Oetrange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Moyse u A. Salerno, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tagħtix lir-rikorrenti l-allowance tal-istallazzjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata l-ksur tal-Artikolu 5 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-Artikolu 20, u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-2 ta' Lulju 2008 u tat-8 ta' Diċembru 2008;

tirrikonoxxi d-dritt tar-rikorrenti għal allowance tal-istallazzjoni pprovduta fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal flimkien mal-interessi moratorji sa mid-data li fiha din kienet dovuta u sad-data tal-ħlas effettiv, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali tiegħu ta' rifinanzjament u applikabbli fil-perijodu kkonċernat b'żieda ta' żewġ punti;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż

____________