Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta' Dicembru 2008 - Blais vs BĊE
(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Remunerazzjoni - Allowance ta' espatrijazzjoni - Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 17 tal-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-BĊE - Kundanna tar-rikorrenti għall-ispejjeż - Eżiġenzi ta' ekwità - Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Jessica Blais (Frankfurt am Main, Il-Ġermanja) [rappreżentant: B. Karthaus, avukat]
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew [rappreżentanti: F. Malfrère u F. Feyerbacher, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat]
Suġġett
Servizz pubbliku - L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta' Awwissu 2007 li tirrifjuta li r-rikorrenti tingħata l-allowance ta' espatrijazzjoni għar-raġuni li hija ma tissodisfax il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 17 tal-Conditions of Employment tal-BĊE.
Dispożittiv tas-sentenza
Ir-rikors huwa miċħud.
J. Blais għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, nofs l-ispejjeż tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.
____________1 - ĠU C 142, 7.6.2008, p. 39.