Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de commerce de Paris (Franza) fl-24 ta’ Diċembru 2018 – Trendsetteuse SARL vs DCA SARL

(Kawża C-828/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de commerce de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Trendsetteuse SARL

Konvenuta: DCA SARL

Domanda preliminari

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva Nru 86/653/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1986 1 dwar l-istatus tal-aġenti kummerċjali, għandu jiġi interpretat li jfisser li intermedjarju li jaħdem għal rasu, li jaġixxi inkwantu mandatarju f’isem il-mandant tiegħu, u li ma għandux is-setgħa li jibdel it-tariffi u l-kundizzjonijiet kuntrattwali tal-kuntratti ta’ bejgħ tal-mandant tiegħu, ma huwiex inkarigat li jinnegozja l-imsemmija kuntratti fis-sens ta’ dan l-artikolu u ma jistax konsegwentement jiġi kklassifikat bħala aġent kummerċjali u jibbenefika mill-istatus previst mid-Direttiva?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 86/653 tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177).