Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-5 ta’ Lulju 2013 – M.G., N.R. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-383/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M.G.

N.R.

Konvenuti: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Domandi preliminari

Ksur, mill-amministrazzjoni nazzjonali, tal-prinċipju ġenerali tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża, stabbilit ukoll fl-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea 1 , li jseħħ waqt it-tfassil ta’ deċiżjoni ta’ estensjoni fis-sens tal-Artikolu 15(62) tad-Direttiva 2008/115/KE 2 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru  2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, jimplika awtomatikament u fil-każijiet kollha li d-detenzjoni għandha tiġi revokata?

Dan il-prinċipju ġenerali tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża jippermetti li jsir agħti lok għall-ibbilanċjar tal-interessi li matulufejn, minbarra l-gravità tal-ksur tal-imsemmi prinċipju u l-preġudizzji tal-interessi leżi tal-barrani li jirriżultaw minn tali ksur, jittieħdu inkunsiderazzjoni l-interessi tal-Istat Membru protetti bl-estensjoni tad-detenzjoni?

____________

1  ĠU 2010, C 83, p. 389

2  ĠU L 348, p. 98.